Merħba f’dan is-sit li se jkollu l-informazzjoni kollha relatata mal-EXPO tas-Servizz Pubbliku 2024. Din hija t-tieni sena li se tkun organizzata EXPO tas-Servizz Pubbliku. Din is-sena l-EXPO se ssir bejn il-15 u d-19 ta’ Mejju 2024 ġewwa l-MFCC f’Ta’Qali. Kull min se jżur l-EXPO se jkun qed jiskopri kemm l-amministrazzjoni pubblika twettaq xogħol varju.

L-EXPO ta’ din is-sena se jkollha konferenzi interni, imma se niftħu l-bibien beraħ ħalli l-familji li jiġu jżuruna, jieħdu wkoll pjaċir. Bilħaqq, jekk għandek kelb jew qattus u ma tixtieqx tħallih id-dar, tista’ ġġibu miegħek ukoll!

Narawkom!

Reġistrazzjoni għad-dħul EXPO tas-Servizz Pubbliku 2024

Aġenda

Mappa